Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2023 – SB vs SEAE

(Kawża T-621/22) 1

(“Servizz pubbliku – Persunal tas-SEAE – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Eżerċizzju ta’ rotazzjoni – Ċaħda ta’ kandidatura – Artikolu 98(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 2(e) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Użu ħażin ta’ poter – Responsabbiltà – Danni materjali u morali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: SB (rappreżentanti: L. Burguin, T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti : S. Falek, A. Ireland u R. Coesme, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-danni materjali u morali li hija allegatament ġarrbet minħabba, minn naħa, deċiżjonijiet tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ (iktar il quddiem l-“ASTK”) tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-10 ta’ Novembru 2021 li permezz tagħhom din ċaħdet il-kandidatura tagħha għall-pożizzjonijiet [kunfidenzjali], kif ikkonfermati u ssupplimentati permezz tal-ittra tal-ASTK tal-1 ta’ Frar 2022 u, min-naħa l-oħra, mill-aġir allegatament żbaljat tas-SEAE relatat ma’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

SB hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 441, 21.11.2022.