Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/12) 1

(Servizz Pubbliku – Uffiċċjali - Allowance tal-invalidità – Tnaqqis tal-ammont ta’ kreditu ta’ istituzzjoni – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet impliċiti ta’ ċaħda tal-Kummissjoni li jnaqqsu l-ammont tal-allowance tal-invalidità tar-rikorrent għax-xhur ta’ Ġunju sa Settembru 2011 u l-pagament ta’ interessi ta’ 15 % kif ukoll is-somma ta’ EUR 500.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji fil-Kawżi F-57/12 R u T-464/12 P(R).

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal is-somma ta’ EUR 2 000.

____________

1 ĠU C 227, tat-28.07.2012, p. 37.