Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Frar 2022 – X BV, Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane

(Kawża C-107/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X BV, Inspecteur van de Belastingdienst

Domandi preliminari

Ir-regola ġenerali dwar il-klassifikazzjoni 2(a) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika għal elementi separati ta’ riċevitur tas-satellita li huma intiżi, wara r-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tagħhom, li jiġu mmuntati f’riċevitur bis-satellita komplet, li jiġu ttrasportati f’kontenitur wieħed fl-istess jum, fl-istess post ta’ dwana, mill-istess persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni, f’isimha proprju u għan-nom tagħha, li huma s-suġġett ta’ żewġ dikjarazzjonijiet separati ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera u liema elementi, waqt ir-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera, jappartjenu lil żewġ impriżi konnessi?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ir-regola ġenerali dwar il-klassifikazzjoni 2(a) għandha tiġi interpretata bħala li tapplika wkoll għall-elementi separati ta’ riċevitur bis-satellita, iddikjarati bl-għan tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tagħhom mill-istess persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni, f’isimha proprju u għan-nom tagħha, fl-istess jum u fl-istess post ta’ dwana bħal dak fejn l-elementi l-oħra ta’ dan ir-riċevitur bis-satellita jitqiegħdu taħt is-sistema ta’ tranżitu doganali Komunitarju estern, filwaqt li l-elementi, fil-mument meta jsiru d-dikjarazzjonijiet, jappartjenu lil żewġ impriżi konnessi, u li l-elementi kollha huma intiżi, wara r-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tagħhom, li jiġu mmuntati f’riċevitur bis-satellita komplet?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.