Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Frar 2013 - Piotrowski vs UASI (MEDIGYM)

(Kawża T-33/12) 

["Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddisinja lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali MEDIGYM - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - I-ttieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Elke Piotrowski (Viernheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Lenz u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 Novembru 2011 (Każ R 734/2011-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddisinja lill-Komunità Ewropea bis-sinjal verbali MEDIGYM.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Elke Piotrowski hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 80, 17.03.2012.