Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2012 - Grupo Osborne vs UASI - Industria Licorera Quezalteca (TORO XL)

(Kawża T-169/10)

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO XL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti XL - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentanti: J.M. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Industria Licorera Quezalteca, SA (Quetzal Tenango, il-Gwatemala)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta' Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Industria Licorera Quezalteca, SA u Grupo Osborne, SA.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta' Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 148, 5.6.2010