Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Diċembru 2012 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/10) 

[" Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talbiet għal kwotazzjoni - Rifjut ta' aċċess - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Punt ta' tluq - Ammissibbiltà - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-politika ekonomika tal-Unjoni Ewropea - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta' terz - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku rigward is-sikurezza pubblika - Obbligu ta' motivazzjoni"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Jannar 2010 li tirrifjuta l-aċċess għat-talbiet għal kwotazzjoni rigward il-lott 3 A tas-sejħa għal offerti DIGIT/PO/2005/113 - ESP-DESIS (ĠU 2005/S 252-248566) u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2010 li tirrifjuta l-aċċess għat-talbiet ta' kwotazzjoni għall-lottijiet l-oħra kollha tas-sejħa għal offerti iċċitata iktar 'il fuq, għal-lottijiet kollha tas-sejħa għal offerti DI/0005 ESP (ĠU 2001/S 53-036539) u ADMIN/DI/2/PO/2003/192 ESP-DIMA (ĠU 2003/S 249-221337) u għall-kuntratt qafas BUDG/0101.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta' Jannar 2010 li tirrifjuta l-aċċess għat-talbiet għal kwotazzjoni rigward il-lott 3 A tas-sejħa għal offerti DIGIT/PO/2005/113 - ESP-DESIS hija annullata.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2010 li tirrifjuta l-aċċess għat-talbiet għal kwotazzjoni rigward il-lottijiet l-oħra kollha tas-sejħa għal offerti ċċitata iktar 'il fuq, għal-lottijiet kollha tas-ejħa għal offerti DI/0005 ESP u ADMIN/DI/2/PO/2003/192 ESP-DIMA u għall-kuntratt qafas BUDG/0101 hija annullata.

3)    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010.