Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2014 — Laboratoires Polive vs UASI – Arbora & Ausonia (dodie)
(Kawżi T‑122/13 u T‑123/13)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva dodie — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti DODOT — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 21, 54)
2. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva dodie u trade marks verbali DODOT (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 28-30, 53, 57)
3. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 32)
Suġġett
| Żewġ rikorsi kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012, (Każijiet, rispettivament, R 2324/2011‑2 u R 2325/2011‑2), dwar żewġ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arbora & Ausonia, SLU u l-Laboratoires Polive. |
Dispożittiv
1) | | Il-Kawżi T‑122/13 u T‑123/13 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
2) | | Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-28 ta’ Novembru 2012, (Każijiet R 2324/2011‑2 u R 2325/2011‑2) huma annullati. |
3) | | L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Laboratoires Polive. |
4) | | Arbora & Ausonia, SLU għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |