Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Marzu 2012 - ActionSportGames vs UASI - FN Herstal (SCAR)

(Kawża T-122/12)

Lingwa tar-rikors: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: ActionSportGames A/S (Humlebæk, id-Danimarka) (rappreżentant: W. Rebernik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : FN Herstal SA (Herstal, il-Belġju)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-12 ta' Jannar 2012 fil-Każ R 2096/2010-1;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-24 ta' Settembru 2010 (Każ Nru B 1 344 904);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ActionSportGames A/S

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "SCAR" għal prodotti fil-klassi 28 - Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 5 750 054.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: FN Hertsal SA

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark verbali Belġjana mhux irreġistrata "SCAR" għal prodotti fil-klassijiet 13 u 28.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-każ mibgħut lura quddiem l-imsemmija divizjoni.

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni li bejn it-trade marks konfliġġenti, peress li l-prodotti inkwistjoni huma fundamentalment differenti, sa fejn il-prodotti ta' FN Herstal jikkonsistu f'armi tan-nar reali għall-użu militari, filwaqt li l-prodotti tar-rikorrenti huma repliki ta' armi u ġugarelli għall-isport u l-logħob.

____________