Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Novembru 2012 - Shahid Beheshti University vs Il-Kunsill

(Kawża T-120/12) 

("Rikors għal annullament - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Tardività - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Shahid Beheshti University (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J. M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Liudvinaviciute-Cordeiro u A Varnav, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta' Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65); tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta' Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 26); tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71) u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta' Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), kif ukoll d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2011, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, kif ukoll lid-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kunsill indirizzata lir-rikorrenti tal-5 ta' Diċembru 2011.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli

Shahid Beheshti University għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 165, 9.6.2012.