Language of document : ECLI:EU:T:2012:610





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2012 — Shahid Beheshti University vs Il-Kunsill

(Kawża T-120/12)

“Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Ittra ta’ istituzzjoni li għandha bħala għan li tinforma lir-rikorrent dwar l-adozzjoni ta’ ċerti atti kif ukoll ir-raġunijiet tagħhom u li jiġu nnotifikati lilu kopji tal-imsemmijin atti — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 22, 23)

2.                     Eċċezzjoni ta’ illegalità — Natura inċidentali — Rikors prinċipali inammissibbli — Inammissibbiltà tal-eċċezzjoni (Artikolu 277 TFUE) (ara l-punt 24)

3.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jwassal miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità — Data tal-komunikazzjoni tal-motivi li fuqhom huwa bbażat l-att (is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102 (1) u (2)) (ara l-punti 26, 30, 34)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Dekadenza — Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri — Kunċett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45) (ara l-punti 27, 43, 45, 48, 49)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Deċiżjoni — Notifika fis-sede tad-destinatarju — Regolarità — Obbligu tal-istituzzjoni li tinnotifika l-att lill-persuna jew lid-dipartiment kompetenti skont ir-regoli interni tal-funzjonament tal-entità destinatarja — Assenza (Artikolu 297 TFUE) (ara l-punti 37, 38, 40, 47)

6.                     Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Terminu għal raġuni ta’ distanza — Natura fissa — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-partijiet stabbiliti f’pajjiżi terzi bogħod mis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza (Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 102(2)) (ara l-punti 51-53)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Obbligu ġenerali li d-destinatarji jiġu informati dwar ir-rimedji ġudizzjarji u t-termini — Assenza (ara l-punt 55)

8.                     Proċedura ġudizzjarja — Ammissibbiltà tar-rikorsi — Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata — Adattament fit-talbiet u motivi inizjali — Possibbiltà suġġetta għall-ammissibbiltà tat-talba inizjali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 57)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 26); tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, kif ukoll lid-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kunsill indirizzata lir-rikorrenti tal-5 ta’ Diċembru 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Shahid Beheshti University għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.