Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Settembru 2010 - Al-Faqih et vs Il-Kunsill

(Kawżi T-135/06 sa T-138/06)1

"Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi diretti kontra persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban - Iffriżar ta' fondi - Drittijiet fundamentali - Dritt għar-rispett tal-proprjetà, dritt għal smigħ u dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Al-Bashir Mohammed Al-Faqih (Birmingham, Ir-Renju Unit); Sanabel Relief Agency Ltd (Birmingham); Ghunia Abdrabbah (Birmingham); u Taher Nasuf (Manchester, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment N. Garcia-Lora, solicitor, u S. Cox, barrister, sussegwentement N. Garcia-Lora u E. Grieves, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. J. Kuijper, sussegwentement C. O'Reilly u J. Aquilina, sussegwentement E. Paasivirta u P. Aalto, u fl-aħħar E. Paasivirta u M. Konstantinidis, aġenti); u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: C. Gibbs, Z. Bryanston-Cross u S. Ossowski, aġenti, assistiti minn A. Dashwood, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta' Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Vol. 1, p. 294) kif emendat għat-tlieta u sittin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE), Nru 246/2006, tal-10 ta' Frar 2006 (ĠU L 40, p. 13), li jniżżel l-ismijiet tar-rikorrenti fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-135/06 sa T-138/06 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta' Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, kif emendat għat-tlieta u sittin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE), Nru 246/2006, tal-10 ta' Frar 2006, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Taher Nasuf, Ghunia Abdrabbah, u Sanabel Relief Agency Ltd.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, kif ukoll is-somom imħallsa minn qabel mill-kaxxier tal-Qorti Ġenerali bħala għajnuna legali.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 165, 15.07.2006.