Language of document : ECLI:EU:F:2008:100

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(L-Ewwel Awla)

15 ta’ Lulju 2008

Kawża F-28/08

Michel Pouzol

vs

Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Komunitajiet – Deċiżjonijiet konfermattivi – Inammissibbiltà”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu M. Pouzol jitlob, b’mod partikolari, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri, tad-29 ta’ Novembru 2007, li tiċħad l-ilment tiegħu kontra d-deċiżjonijiet tal-10 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxu l-ammont ta’ snin ta’ servizz Komunitarju pensjonabbli akkreditati li jirriżultaw mit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni li kien kiseb fi Franza taħt skemi ta’ pensjoni addizzjonali, min-naħa l-oħra, ir-rikonoxximent, abbażi ta’ dan it-trasferiment, ta’ ammont globali ta’ snin ta’ servizz Komunitarju pensjonabbli akkreditati ta’ għaxar snin, tliet xhur u erbgħa u għoxrin ġurnata.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Att purament konfermattiv – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90(2) u 91(1))

Rikors għal annullament kontra deċiżjoni purament konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti li ma kinitx ikkontestata fit-termini stipulati huwa inammissibbli. Deċiżjoni hija purament konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti meta din ma jkun fiha l-ebda element ġdid meta mqabbla ma’ att preċedenti u qabel ma din ittieħdet ma kienx sar eżami mill-ġdid reali u fil-fond tas-sitwazzjoni tad-destinatarju ta’ dan l-att preċedenti jew lanqas ma kienet ibbażata fuq elementi ġodda. Ir-rettifika ta’ żball materjali, mingħajr effett fuq il-kontenut stess tal-att, ma jistax, waħdu, jikkaratterizza l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida.

(ara l-punti 45, 47 u 60)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 9 ta’ Marzu 1978, Herpels vs Il‑Kummissjoni, 54/77, Ġabra p. 585, punti 11 sa 14; 10 ta’ Diċembru 1980, Grasselli vs Il‑Kummissjoni, 23/80, Ġabra p. 3709, punt 18; 11 ta’ Marzu 1986, Adams et vs Il‑Kummissjoni, 294/84, Ġabra p. 977, punti 14 sa 16; 2 ta’ Ġunju 1994, AC‑ATEL Electronics Vertriebs, C‑30/93, Ġabra p. I‑2305, punt 24; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 14 ta’ Ottubru 1999, CAS Succhi di Frutta vs Il‑Kummissjoni, T‑191/96, Ġabra p. II‑3181, punt 60; 26 ta’ Ottubru 2000, Ripa di Meana et vs Il‑Parlament, T‑83/99 sa T‑85/99, Ġabra p. II‑3493, punti 33 u 34; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 19 ta’ Diċembru 2006, Suhadolnik vs Il‑Qorti tal‑Ġustizzja, F‑78/06, ĠabraSP p. I‑A‑1‑191, II‑A‑1‑795, punti 31 u 32