Language of document : ECLI:EU:T:2014:838





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Settembru 2014 – Royal Scandinavian Casino Århus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑615/11)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Logħob online – Stabbiliment fid-Danimarka ta’ taxxi inqas għoljin għal-logħob online meta mqabbla ma’ dawk imposti fuq każinos u postijiet tal-logħob – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet – Nuqqas ta’ interess individwali – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura fil-qasam tal-għajnuna – Impriża kompetitriċi tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna – Dritt għal azzjoni legali – Kundizzjonijiet (Artikolu 108(2) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 26-28, 33, 34)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonkludi favur il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Rikors ta’ assoċjazzjoni li taġixxi fl-interess kollettiv tal-membri tagħha – Interess individwali tal-membri tal-assoċjazzjoni – Neċessità, għall-assoċjazzjoni, li turi l-interess sostanzjali tal-membri tagħha – Nuqqas – Inammissibbiltà (Artikolu 108(2) u (3) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 32, 44)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji li jinkludu jew ma jinkludux miżuri ta’ eżekuzzjoni – Kunċett – Rikorsi ġudizzjarji disponibbli kontra dawn l-atti (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, Artikoli 267 TFUE u 277 TFUE) (ara l-punti 46-49)

4.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji li jinkludu miżuri ta’ eżekuzzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Unjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu li jsir użu mir-rimedji interni sabiex jiġu kkontestati dawn il-miżuri (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 50-52)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/140/UE, tal-20 ta’ Settembru 2011, dwar il-miżura C 35/10 (ex N 302/10) li d-Danimarka tipproponi li timplementa fil-forma ta’ taxxi fuq il-logħob online fil-liġi Daniża dwar it-taxxi fuq il-logħob (ĠU 2012, L 68, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Royal Scandinavian Casino Århus I/S għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, Betfair Group plc, Betfair International Ltd u European Gaming and Betting Association (EGBA).

3)

Ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika ta’ Malta għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.