Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-5 ta’ April 2022 – FW vs LATAM Airlines Group SA

(Kawża C-238/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FW

Konvenut: LATAM Airlines Group SA

Domandi preliminari

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li, kif previst fl-Artikolu 3(2) jew fl-Artikolu 2(j), il-passiġġier għandu jkun ippreżenta ruħu għaċ-check-in jew għall-imbark fil-ħin indikat jew mhux iktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq indikat, sabiex jibbenefika mir-regolament u sabiex jinvoka rifjut ta’ imbark li jagħti lok għall-kumpens skont l-Artikolu 4(3) flimkien mal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, minkejja li t-trasportatur tal-ajru jkun diġà nnotifika minn qabel l-intenzjoni tiegħu ta’ rifjut ta’ imbark?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Ir-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-drittijiet għal kumpens minħabba rifjut ta’ imbark skont l-Artikoli 4 u 7 applikati b’analoġija mal-Artikolu 5(1)(ċ)(i) tal-istess regolament huma esklużi fil-każ fejn il-passiġġier ikun ġie informat bir-rifjut ta’ imbark minn tal-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq skedat?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.