Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 taʼ April 2013 - dm-drogerie markt vs UASI - V-Contact (CAMEA)

(Kawża T-195/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Beinert u O. Bludovsky, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : V-Contact Kft (Szada, l-Ungerija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta' Jannar 2013 (Appell dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru R 452/2012-1) u, bħala korrezzjoni, tħassar it-trade mark tal-applikant;

sussidjarjament tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta' Jannar 2013 (Appell dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru R 452/2012-1) u, tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni;

sussidjarjament tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta' Jannar 2013 (Appell dwar proċedimenti ta' oppozżizzjoni Nru R 452/2012-1).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CAMEA" għal, inter alia, prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 279 928

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika, inter alia, l-Unjoni Ewropea u li tkopri prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 8

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________