Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2023 – Katjes Fassin vs EUIPO (Beyond Chocolate)
(Kawża T-343/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck u C. Stöber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Beyond Chocolate” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 578 274
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2023 fil-Każ R 2352/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________