Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/11) 1

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Studji rċevuti mill-Kummissjoni rigward it-traspożizzjoni ta’ direttivi fil-qasam tal-ambjent — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika — Eżami konkret u individwali — Kompatibbiltà mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus — Interess pubbliku superjuri — Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu sabiex tiġi adottata deċiżjoni espliċita — Portata tal-obbligu li tixxandar b’mod attiv l-informazzjoni dwar l-ambjent”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u C. ten Dam, sussegwentement P. Oliver u C. Zadra, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri mad-dritt ambjentali tal-Unjoni Ewropea, imbagħad talba għall-annullament tad-deċiżjoni espliċita ulterjuri, tat-30 ta’ Mejju 2011, li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal parti minn dawn id-dokumenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

ClientEarth u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 130, 30.04.2011.