Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2013 – ETF vs Michel

(Kawża T-108/11 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien indeterminat – Deċiżjoni ta’ rexissjoni – Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Artikoli 2 u  47 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Dmir ta’ premura – Kunċett ta’ interess tas-servizz – Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita – Drittijiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Gustave Michel aventi kawża ta’ Monique Vandeuren (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti); Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) (rappreżentanti: J. Rikkert u M. Garnier, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentant: M. Heikkilä, aġent); L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: inizjalment V. Salvatore, sussegwentement T. Jabłoński, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (rappreżentant: O. Cornu, aġent); L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentant: P. Goudou, aġent); u L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentant: D. Detken, aġent)SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, Vandeuren vs ETF (F-88/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullment ta’ dik is-sentenza.DispożittivIs-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, Vandeuren vs ETF (F-88/08), hija annullata sa fejn din annullat id-deċiżjoni tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), tat-23 ta’ Ottubru 2007, li tirrexindi l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ Monique Vandeuren u ċaħdet, konsegwentement, it-talba tagħha għall-kumpens tad-dannu materjali subit bħala prematura.Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.Il-kawża hija mibgħuta lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.L-ispejjeż huma rriżervati.