Language of document : ECLI:EU:T:2013:211





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2013 – Apollo Tyres vs UASI – Endurance Technologies (ENDURACE)

(Kawża T‑109/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ENDURACE – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ENDURANCE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Xebh tas-sinjali – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 22)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Kriterji [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 27‑31)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punt 33)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali ENDURACE u trade mark figurattiva ENDURANCE [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 37‑42, 46, 50‑56, 66‑82)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punt 47)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 57‑60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 taʼ Novembru 2010 (Każ R 625/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Endurance Technologies Pvt Ltd u Apollo Tyres AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Apollo Tyres AG hija kkundannata għall-ispejjeż.