Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fil-21 ta’ Ottubru 2020 – PF, MF vs Minister for Agriculture Food and the Marine, Sea Fisheries Protection Authority

(Kawża C-564/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PF, MF

Konvenuti: Minister for Agriculture Food and the Marine, Sea Fisheries Protection Authority

Domandi preliminari

L-Awtorità Waħda ta’ Kontroll fi Stat Membru, meta tinnotifika u tiċċertifika lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 33(2)(a) u l-Artikolu 34 tar-Regolament ta’ Kontroll 1 , hija limitata li tinnotifika data dwar il-qabda f’żona tas-sajd partikolari mniżżla fil-ġurnal ta’ abbord mis-sajjieda skont l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament meta l-Awtorità Waħda ta’ Kontroll ikollha raġunijiet validi għalfejn taħseb li d-data mniżżla tkun manifestament mhux affidabbli, jew tista’ din tuża metodi raġonevoli u xjentifikament validi sabiex titratta u tiċċertifika d-data mniżżla sabiex tikseb kampjun iktar preċiż għan-notifika lill-Kummissjoni Ewropea?

Tista’ l-Awtorità legalment tuża sorsi ta’ data oħra bħal liċenzji tas-sajd, awtorizzazzjonijiet tas-sajd, data tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti, dikjarazzjonijiet ta’ żbark, noti tal-bejgħ u dokumenti ta’ trasport, jekk tqis li dan ikun neċessarju għal raġunijiet validi?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU 2009, L 343, p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 355, p. 93, fil-ĠU 2014, L 318, p. 34, u fil-ĠU 2015, L 149, p. 23)