Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão – il-Portugall) – MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA vs Autoridade da Concorrência

(Kawża C-525/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti –– Il-punt (ċ) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE – Kunċett ta’ ‘żvantaġġ kompetittiv’ – Prezzijiet diskriminatorji fis-suq downstream – Ġestjoni tad-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur – Royalty dovuta mill-fornituri nazzjonali ta’ servizz bi ħlas ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni u tal-kontenut tiegħu)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA

Konvenuta: Autoridade da Concorrência

fil-preżenza ta’: Cooperativa de Gestão dos Direitos dos Artistas Intérpretes ou Executantes, CRL

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “żvantaġġ kompetittiv”, fis-sens tal-punt (ċ) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirrigwarda, fil-każ li fih impriża dominanti tapplika prezzijiet diskriminatorji fil-konfront ta’ sieħba kummerċjali fis-suq downstream, is-sitwazzjoni li fiha dan l-aġir jista’ jkollu bħala effett tiegħu, distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn dawn is-sieħba kummerċjali. Il-konstatazzjoni ta’ tali “żvantaġġ kompetittiv” ma tirrikjedix prova ta’ deterjorament effettiv u kwantifikabbli tal-pożizzjoni kompetittiva, iżda għandha tkun ibbażata fuq analiżi taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-każ li jippermettu li jiġi konkluż li l-imsemmi aġir għandu influwenza fuq l-ispejjeż, fuq il-benefiċċji, jew fuq interess rilevanti ieħor ta’ wieħed jew iktar mill-imsemmija sieħba, b’tali mod li dan l-aġir ikun ta’ natura li jaffettwa l-imsemmija pożizzjoni.

____________

1     ĠU C 14, 16.01.2017.