Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2013 – Zinātnes, inovāciju un testēšanas centrs vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/11) 1

(“Rikors għal annullament – Programm Phare – Proġett dwar l-iżvilupp ta’ ċentru ta’ innovazzjoni u ta’ prova ta’ prodotti tal-kostruzzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi għall-irkupru ta’ parti mis-somom mogħtija – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrenti: Zinātnes, inovāciju un testēšanas centrs (Jelgava, il-Latvja) (rappreżentant: E. Darapoļskis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-assoċjazzjoni Zinātnes, inovāciju un testēšanas centrs, skont l-Artikolu 263 TFUE, intiż li jikseb l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ġiet innotifikata lill-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Latvja permezz tal-ittra tas-16 ta’ Novembru 2010.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

It-talba għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni hija wkoll miċħuda.

Zinātnes, inovāciju un testēšanas centrs hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ intervent tar-Repubblika tal-Latvja u tar-Repubblika tal-Litwanja.

____________

1 ĠU C 252, 27.08.2011