Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Diċembru 2020 – DB Station & Service AG vs ODEG Ostdeutsche Eisenbahn GmbH

(Kawża C-721/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DB Station & Service AG

Konvenut: ODEG Ostdeutsche Eisenbahn GmbH

Domandi preliminari

Il-fatt li qrati ċivili nazzjonali jeżaminaw f’kull każ individwalment u indipendentement mis-sorveljanza eżerċitata mill-korp regolatorju, fir-rigward tal-kriterji previsti fl-Artikolu 102 TFUE u/jew skont id-dritt nazzjonali dwar l-akkordji, l-ammont tat-tariffi mitluba huwa konformi mad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà 1 – b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-indipendenza ta’ ġestjoni tal-impriża ta’ infrastruttura (Artikolu 4), il-prinċipji applikabbli għall-iffissar tat-tariffi (Artikoli 7 sa 12) u l-kompiti tal-korp regolatorju (Artikolu 30)?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kontroll tal-abbużi permezz tal-qrati ċivili nazzjonali fir-rigward tal-kriterji previsti fl-Artikolu 102 TFUE u/jew skont id-dritt nazzjonali dwar l-akkordji huwa ammissibbli u meħtieġ, anki jekk l-impriżi ta’ trasport ferrovjarju ikollhom il-possibbiltà li jeżaminaw in-natura xierqa tat-tariffi li tħallsu permezz tal-korp regolatorju kompetenti? Il-qrati ċivili nazzjonali huma obbligati li jistennew deċiżjoni f’dan ir-rigward mill-korp regolatorju u, sa fejn din id-deċiżjoni tkun ikkontestata legalment, skont il-każ, in-natura definittiva tagħha?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404.