Language of document : ECLI:EU:T:2017:289


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ April 2017 –
Germanwings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/15)

“Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur kumpannija tal-ajru li tuża l-ajruport ta’ Zweibrücken — Vantaġġ — Imputabbiltà lill-Istat — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Aċċes għal dokumenti — Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat — Rifjut li jingħata aċċess għad-dokumenti mitluba — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditjar”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti ta’ forma proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punt 23)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Eżami tal-kriterju tal-investitur privat – Ħtieġa ta’ motivazzjoni speċifika għal kull għażla teknika jew element f’ċifri – Assenza

(Artikoli 107 TFUE, 108 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punti 32, 34, 35, 42, 45, 47, 49, 50, 116)

3.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Relazzjoni bejn l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-osservanza tas-sigriet professjonali

(Artikolu 296 TFUE u 339 TFUE)

(ara l-punt 33)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura legali – Interpretazzjoni bbażata fuq elementi oġġettivi – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prattika preċedenti – Esklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 58, 77, 83)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-operazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha – Teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi disponibbli u tal-evoluzzjonijiet prevedibbli fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni li tirrigwarda l-miżura inkwistjoni

(Artikolu 107 TFUE u 108(1) u (3) TFUE)

(ara l-punti 64-66)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 67)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Eżami diliġenti u imparzjali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-provi l-iktar kompleti u affidabbli possibbli

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punt 68)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Stat azzjonarju ta’ impriża – Stat li jaġixxi bħala setgħa pubblika – Distinzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 76)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punt 85)

10.    Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Deċiżjoni ta’ istituzzjoni li tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti – Dokumenti kkomunikati matul il-mori tal-kawża – Rikors li ma għadx għandu skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001)

(ara l-punt 109)

11.    Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Portata – Applikazzjoni lill-fajls amministrattivi li jirrelataw mal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat – Preżunzjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv – Limiti

(Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punti 122, 123)

12.    Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti ta’ forma proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76)

(ara l-punt 127)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (ĠU 2016, L 34, p. 68), u, min-naħa l-oħra, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/1288 GESTDEM, tal-11 ta’ Mejju 2015, li tirrifjuta l-aċċess parzjali għall-fajl amministrattiv dwar il-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.27339.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2) sa fejn jikkonċerna l-ewwel ftehim konkluż bejn Flughafen Zweibrücken GmbH u Germanwings GmbH, kif ukoll l-Artikolu 3(4)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (ĠU 2016, L 34, p. 68), huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għanda tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti minn Germanwings.

4)

Germanwings għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.