Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Retten i Svendborg (id-Danimarka) fl4 ta’ Jannar 2024 – Deutsche Rentenversicherung Nord, BG Verkehr vs Gjensidige Forsikring, dansk filial af Gjensidige Forsikring ASA, Norge bħala mandatarja ta’ Marius Pedersen A/S u Gjensidige Forsikring, dansk filial af Gjensidige Forsikring ASA, Norge

(Kawża C-7/24, Deutsche Rentenversicherung Nord u BG Verkehr)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Retten i Svendborg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Rentenversicherung Nord u BG Verkehr

Konvenuti: Gjensidige Forsikring, dansk filial af Gjensidige Forsikring ASA, Norge bħala mandatarja ta’ Marius Pedersen A/S u Gjensidige Forsikring, dansk filial af Gjensidige Forsikring ASA, Norge

Domanda preliminari

L-Artikolu 85(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tad29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali , għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex l-istituzzjoni debitriċi jkollha dritt ta’ rkupru skont din id-dispożizzjoni għandu jkun hemm bażi legali fl-Istat Membru fejn ikun seħħ id-dannu għat-tip ta’ danni jew kumpens li fir-rigward tiegħu jiġi invokat id-dritt ta’ rkupru, jew benefiċċju ekwivalenti, bħala konsegwenza tal-avveniment li l-parti li tkun wettqet id-dannu hija responsabbli għalih skont id-dritt tal-post fejn seħħ id-dannu?1

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72