Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta̕ April 2013 – Continental Bulldog Club Deutschland vs UASI (CONTINENTAL)

(Kawża T-383/10) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CONTINENTAL – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz

Partijiet

Rikorrenti: Continental Bulldog Club Deutschland eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Vollmer, sussegwentement minn U. Rühl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Ġunju 2010 (R 300/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CONTINENTAL bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Continental bulldog Club Deutschland eV huwa kkundannat għall-ispejjeż.