Language of document : ECLI:EU:T:2013:450

Kawża T‑386/10

Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Nuqqas ta’ retroattività”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla)
tas-16 ta’ Settembru 2013

1.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt

(Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

2.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

3.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Elaborazzjoni ta’ motiv eżistenti — Ammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2))

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ġenerali tad-dritt — Ċertezza legali — Nulla poena sine lege — Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1))

5.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kuntest ġuridiku — Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003 — Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni mill-imsemmi artikolu — Introduzzjoni mill-Kummissjoni ta’ linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Ksur tal-prinċipji ta’ nulla poena sine lege u ta’ ċertezza legali — Assenza

(Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

6.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet kriminali — Kamp ta’ applikazzjoni — Multi imposti għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Inklużjoni — Ksur eventwali minħabba l-applikazzjoni għal ksur li seħħ qabel l-introduzzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura prevedibbli tal-emendi introdotti mil-linji gwida — Assenza ta’ ksur

(Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02)

7.      Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Għan jew riżultat antikompetittiv — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet — Parteċipazzjoni allegatament forzata — Ċirkustanza li ma tikkostitwixxix fatt ġustifikattiv għal impriża li ma użatx il-possibbiltà ta’ denunzja lill-awtoritajiet kompetenti

(Artikolu 101(1) TFUE)

8.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-ksur meqjus fl-intier tiegħu — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi oġġettivi relatati mas-sitwazzjoni ta’ kull impriża — Portata — Limiti

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 22)

9.      Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża minħabba l-parteċipazzjoni fi ksur meqjus fl-intier tiegħu — Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

10.    Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Għan antikompetittiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq is-suq — Assenza ta’ rabta diretta bejn il-prattika miftiehma u l-prezzijiet tal-konsum — Assenza ta’ rilevanza

(Artikolu 101(1) TFUE)

11.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Akkordju orizzontali fuq il-prezz — Ksur serju ħafna — Ċirkustanzi li ma jeskludux din il-klassifikazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

12.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju — Parteċipazzjoni mnaqqsa — Kundizzjonijiet — Portata tal-oneru probatorju

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, it-tielet inċiż tal-punt 29)

13.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ konoxxenzi ta’ impriża ta’ daqs żgħir — Assenza

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 12 u 29)

14.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Distinzjoni bejn ammont finali u ammont intermedju tal-multa — Konsegwenzi

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2))

15.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Impożizzjoni tal-ammont massimu fuq impriża — Ammont iżgħar għal parteċipanti oħra fl-akkordju — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

16.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 38, 245, 246, 252, 253)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 44, 45)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 51)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 59-63)

5.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn din tifforma parti mill-kuntest legali stabbilit mill-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003, ikkontribwixxiet sabiex jiġu ppreċiżati l-limiti tal-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni li tirriżulta minn din id-dispożizzjoni u ma kisritx il-prinċipju ta’ legalità tal-pieni, iżda kkontribwixxiet għall-osservanza tiegħu.

Fil-fatt, l-ewwel nett, l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ linji gwida essenzjalment tikkontribwixxi sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ nulla poena sine lege. F’dan ir-rigward, il-linji gwida jiddeterminaw, b’mod ġenerali u astratt, il-metodoloġija li l-Kummissjoni imponiet fuqha nnifisha għall-finijiet tal-iffissar tal-ammont tal-multi u jiżguraw, konsegwentement, iċ-ċertezza legali tal-impriżi. It-tieni nett, mill-punt 2 tal-Linji gwida jirriżulta li dawn tal-aħħar jifformaw parti mill-kuntest legali stabbilit mill-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003, artikolu li kien jissodisfa r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipji ta’ nulla poena sine lege u ta’ ċertezza legali. Finalment, it-tielet nett, billi adottat il-Linji gwida, il-Kummissjoni ma eċċedietx il-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lilha permezz tal-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003.

(ara l-punti 68-70, 78, 146)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 84-90)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 120-127, 132-134, 141)

8.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, kif jirriżulta mil-Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a), tar-Regolament Nru 1/2003, il-metodu użat mill-Kummissjoni sabiex tiffissa l-multa jinvolvi żewġ fażijiet. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tiddetermina ammont bażiku għal kull impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi. Dan l-ammont bażiku jippermetti li tiġi riflessa l-gravità tal-ksur inkwistjoni, u dan billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont punt 22 tal-imsemmija linji gwida, elementi speċifiċi għalih, bħan-natura tiegħu, il-partijiet tas-suq meħuda flimkien tal-partijiet kollha kkonċernati, il-portata ġeografika tal-ksur u t-twettiq jew le tiegħu. It-tieni nett, il-Kummissjoni tista’ taġġusta dan l-ammont bażiku billi żżidu jew tnaqqsu, u dan fid-dawl taċ-ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti li jikkaratterizzaw il-parteċipazzjoni ta’ kull waħda mill-impriżi kkonċernati li pparteċipaw fil-ksur.

Fir-rigward, iktar preċiżament, tal-ewwel fażi tal-metodu għall-iffissar tal-multi, huwa minnu li l-ammont bażiku tal-multa huwa marbut mal-koeffiċjent “gravità tal-ksur”, li jirrifletti l-livell ta’ gravità tal-ksur fih innifsu. Madankollu, minn din l-ewwel fażi, huma wkoll meħuda inkunsiderazzjoni elementi oġġettivi relatati mas-sitwazzjoni speċifika u individwali ta’ kull impriża li pparteċipat f’dan il-ksur. Fil-fatt, il-koeffiċjent “gravità tal-ksur” huwa applikat flimkien ma’ żewġ parametri oġġettivi individwali, jiġifieri, minn naħa, il-valur tal-bejgħ, tal-prodotti jew tas-servizzi, magħmul minn kull waħda minnhom, li miegħu jirrelata direttament jew indirettament il-ksur, fis-settur ġeografiku kkonċernat fi ħdan it-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea, u, min-naħa l-oħra, it-tul tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur globali inkwistjoni.

Għaldaqstant, il-parteċipazzjoni limitata ta’ impriża fil-ksur ikkonstatat, jiġifieri f’dak li jirrigwarda wieħed biss mis-sotto-gruppi ta’ prodotti, jew anki parti mis-sotto-grupp, tittieħed inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multa. Fil-fatt, dan l-ammont bażiku huwa kkalkolat, għal kull impriża, abbażi tal-valur tal-bejgħ f’kull Stat Membru u għas-sotto-grupp ta’ prodotti kkonċernati.

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni setgħet tiddetermina b’mod validu l-ammont bażiku tal-multa fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-gravità tal-ksur meħud fit-totalità tiegħu. Għaldaqstant, ma jistax jitqies li din tal-aħħar kellha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-intensità speċifika, fl-ipoteżi li din tkun stabbilita, tal-arranġamenti kollużivi fir-rigward ta’ wieħed mis-sotto-gruppi tal-prodotti inkwistjoni.

(ara l-punti 147, 148, 154, 171)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 159-161, 165)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 176)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 177-181, 185-188)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 194, 197)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 203, 204)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 216-221, 223)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 225)

16.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 230, 231)