Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2010 - Continental Bulldog Club Deutschland vs UASI (CONTINENTAL)

(Kawża T-383/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Continental Bulldog Club Deutschland eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Vollmer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 300/2010-1;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn hija tikkonċerna l-prodotti u s-servizzi fil-klassi 44;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll għal dawk inkorsi fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CONTINENTAL" għal prodotti fil-klassijiet 31 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, billi t-trade mark ikkonċernata hija distintiva u mhux deskrittiva.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).