Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta' Settembru 2009 - Behmer vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-16/08)1

(Uffiċjali - Proċedura ta' attribuzzjoni tal-punti ta' mertu fil-Parlament Ewropew - Ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni - Motivazzjoni mogħtija matul il-kawża)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Joachim Behmer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avocats)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett

Talba għall-anullament tad-deċiżjoni li tattribwixxi lir-rikorrent żewġ punti ta' mertu għas-snin 2004 u 2006

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn dan jirrigwarda d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-4 ta' Ġunju 2007, dwar attribuzzjoni ta' żewġ punti ta' mertu għas-sena 2004 lil J. Behmer

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tas-26 ta' Ġunju 2007, dwar attribuzzjoni ta' żewġ punti ta' mertu għas-sena 2006 lil J.Behmer hija annullata.

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn J. Behmer.

J. Behmer huwa kkundannat għal nofs l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 116, 09.05.2008, p. 32