Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Laboratoires Polive vs UASI – Arbora & Ausonia (dodie)

(Kawża T-122/13 u T-123/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva dodie – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti DODOT – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)

Suġġett

Żewġ rikorsi kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012, (Każijiet, rispettivament, R 2324/2011-2 u R 2325/2011-2), dwar żewġ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arbora & Ausonia, SLU u l-Laboratoires Polive.Dispożittiv1)    Il-Kawżi T-122/13 u T-123/13 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.2)    Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każijiet R 2324/2011-2 u R 2325/2011-2) huma annullati.3)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Laboratoires Polive.4)    Arbora & Ausonia, SLU għandha tbati l-ispejjeż tagħha.