Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-13 ta’ Novembru 2023 – M vs Lietuvos bankas

(Kawża C671/23, Lietuvos bankas)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M

Konvenut: Lietuvos bankas

Domandi preliminari

L-Artikolu 59 tad-Direttiva 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE  għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tikkonstata diversi ċirkustanzi ta’ ksur ta’ rekwiżiti differenti skont l-Artikolu 59(1)(a) sa (d) tad-Direttiva 2015/849 matul spezzjoni waħda, kull waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi ta’ ksur għandha titqies li tikkostitwixxi ksur separat u sistematiku, u kull waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi ta’ ksur hija suġġetta għal multa separata fid-dawl tal-multa massima ffissata mid-dritt nazzjonali li jittrasponi d-Direttiva 2015/849?1

L-Artikolu 59 tad-Direttiva 2015/849 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tikkonstata diversi ċirkustanzi ta’ ksur tal-istess rekwiżiti skont l-Artikolu 59(1)(a) sa (d) tad-Direttiva 2015/849 matul spezzjoni waħda, kull waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi ta’ ksur għandha titqies li tikkostitwixxi ksur separat u sistematiku, u kull waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi ta’ ksur hija suġġetta għal multa separata fid-dawl tal-multa massima ffissata mid-dritt nazzjonali li jittrasponi d-Direttiva 2015/849?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal mill-inqas waħda mid-domandi preċedenti, liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk ksur skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2015/849 huwiex sistematiku?

____________

1 ĠU 2015, L 141, p. 73.