Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Ottubru 2011 - La Sonrisa de Carmen u Bloom Clothes vs UASI - Heldmann (BLOOMCLOTHES)

(Kawża T-118/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BLOOMCLOTHES - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BLOOM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: La Sonrisa de Carmen, SL (Vigo, Spanja); u Bloom Clothes, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: S. Míguez Pereira, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Harald Heldmann (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Günther, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Jannar 2009 (Każ R 695/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Harald Heldmann u La Sonrisa de Carmen, SL u Bloom Clothes, SL.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    La Sonrisa de Carmen, SL u Bloom Clothes, SL huma kkundannati għall-ispejjeż bl-eċċezzjoni ta' dawk sostnuti minn Harald Heldmann.

3)    H. Heldmann għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 141, 20.06.2009.