Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Ġunju 2023 – Golden Omega, SA vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam/Rijnmond

(Kawża C-388/23, Golden Omega)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Golden Omega SA

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam/Rijnmond

Domandi preliminari

L-intestatura 1516 tan-Nomenklatura Magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi restrizzjonijiet fir-rigward tal-għażla tal-proċess u tas-sustanza li permezz tagħhom żejt tal-annimali jiġi estratt u, jekk iva, x’inhuma dawn ir-restrizzjonijiet?

Żejt tal-annimali, bħalma huwa żejt tal-ħut, għandu jiġi estratt bil-ġliċerina sabiex jaqa’ taħt l-intestatura 1516?

Żejt tal-annimali, bħalma huwa żejt tal-ħut, li jiġi estratt bl-etanol, għandu jiġi eskluż minn klassifikazzjoni taħt l-intestatura 1516?

Huwa importanti, sabiex tingħata risposta għad-domandi preċedenti, li jiġi evalwat sa fejn l-oġġetti kienu suġġetti għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar indikati fl-intestatura 1516, u, jekk iva, abbażi ta’ liema kriterji għandha titwettaq din l-evalwazzjoni?

Ir-risposti għad-domandi preċedenti jaffettwaw il-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1661 1 tal-24 ta’ Settembru 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u, jekk iva, b’liema mod?

____________

1 ĠU 2019, L 251, p. 1