Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Frar 2014 – Advance Magazine Publishers vs UASI – López Cabré (TEEN VOGUE)

(Kawża T-37/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali TEEN VOGUE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Identiċità tal-prodotti – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 – Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Eduardo López Cabré (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2011 (Każ R 1763/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eduardo López Cabré u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Advance Magazine Publishers, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 73, 10.3.2012.