Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ottubru 2010 - Bank Mellat vs Il-Kunsill
(Kawża T-496/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bank Mellat (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC u R. Blakeley, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla l-paragrafu 2 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta' implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010
1 sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;
tannulla l-paragrafu 4 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK
2 sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;
tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors.
Motivi u argumenti prinċipali
F'dan il-każ ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tar-Regolament ta' implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta' persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.
It-tliet motivi tar-rikorrenti huma identiċi jew simili għall-ewwel, it-tieni u l-ħames motivi li ressqet ir-rikorrenti fil-Kawża T-492/10 Melli Bank vs Il-Kunsill.
____________1 - Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta' Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).2 - Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta' Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.