Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2016 – Schwenk Zement KG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-248/14 P) 1

(Appell – Kompetizzjoni – Suq tas-“siment u prodotti relatati” – Proċedura amministrattiva – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikolu 18(1) u (3) – Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni – Motivazzjoni – Preċiżjoni tat-talba)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Schwenk Zement KG (rappreżentanti: M. Raible u S. Merz, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, L. Malferrari u R. Sauer, aġenti)

Dispożittiv

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2014, Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni (T‑306/11, EU:T:2014:123), hija annullata.

Id-Deċiżjoni ta-Kummissjoni C (2011) 2367 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ COMP/39520 – Siment u prodotti relatati), hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Schwenk Zement KG marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-306/11 kif ukoll ma’ dik tal-appell.

____________

1 ĠU C 223, 14.07.2014