Language of document : ECLI:EU:C:2016:150





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2016 – Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑248/14 P) (1)

“Appell – Kompetizzjoni – Suq tas-‘siment u prodotti relatati’ – Proċedura amministrattiva – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikolu 18(1) u (3) – Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni – Motivazzjoni – Preċiżjoni tat-talba”

1.                     Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja – Ammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 16)

2.                     Appell – Aggravji – Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d) u 169(2)) (ara l-punt 17)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ – Neċessità li jiġu speċifikati l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti – Assenza (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 20)

4.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata (Artikolu 296(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 21, 23-25, 28, 41-43)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2014, Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni (T‑306/11, EU:T:2014:123), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2367 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, fi proċeduri skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Kawża COMP/39520 – Siment u prodotti relatati), hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Schwenk Zement KG relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T‑306/11 kif ukoll ma’ dik tal-appell.


1 – ĠU C 223, 14.7.2014.