Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba, imressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward il-korrezzjoni tar-reġistrazzjonijiet tal-assenzi tiegħu minħabba mard fis-sistema SysPer2.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba Nru°D/299/12, imressqa mir-rikorrent fit-13 ta’ April 2012, rigward il-korrezzjoni tar-reġistrazzjonijiet tal-assenzi tiegħu minħabba mard fis-sistema SysPer2, billi jieħu inkunsiderazzjoni biss il-jiem ta’ xogħol u dan mit-13 ta’ April 2009 sal-jum tat-talba tiegħu;

jannulla d-deċiżjoni espliċita li tiċħad it-talba Nru°D/299/12, imressqa mir-rikorrent fit-13 ta’ April 2012, fir-rigward tal-ħamest ijiem imneħħija mid-drittijiet tiegħu għal leave għas-sena 2012;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.