Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2012 - ZZ vs EMCDDA

(Kawża F-124/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju ma jiġġeddidx.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-AHCC li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju, skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-impjegati l-oħra tal-Unjoni;

sa fejn huwa meħtieġ, jannulla r-risposta ta' ċaħda għall-ilment tiegħu dwar it-tiġdid tal-kuntratt tiegħu;

jikkundanna lill-EMCDDA għall-ispejjeż.

____________