Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 – Pell Amar Cosmetics vs UASI – Alva Management (Pell amar dr. Ionescu–Calinesti)

(Kawża T-621/13)

Lingwa tar-rikors: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Pell Amar Cosmetics SRL (Băile, ir-Rumanija) (rappreżentant: E. Grecu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alva Management GmbH (Icking, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 388/2013-4; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva sewda u bajda li tinkludi l-element verbali “Pell amar Dr. Ionescu-Calinesti” - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 10 109 981

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Nru 6 645 071, it-trade mark Ġermaniża rreġistrata bin-Nru 1 161 287, kif ukoll it-trade mark verbali “PERLAMAR”, irreġistrata bħala trade mark internazzjonali bin-numri 588 232 u 657 169Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata u dik invokata insostenn tal-oppożizzjoni