Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-128/24)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u F. Le Bot

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika, billi ma fasslitx il-pjan għall-ispazju marittimu bejn il-31 ta’ Marzu 2021 u billi ma bagħtitx kopji ta’ dan il-pjan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra interessati fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tiegħu, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8(1), 15(3) u 14(1) tad-Direttiva 2014/89/UE;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tirrileva fir-rikors tagħha li, skont l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2014/89/UE 1 , li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu, l-Istati Membri għandhom ifasslu l-pjanijiet rilevanti għall-ġestjoni nazzjonali tal-ispazju marittimu sal-31 ta’ Marzu 2021. Skont l-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali tal-ispazju marittimu fi tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħhom.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza li r-Repubblika Ellenika, fir-risposta tagħha għall-opinjoni motivata, tammetti li ma fasslitx il-pjan għall-ispazju marittimu sal-31 ta’ Marzu 2021 u li ma bagħtitx kopji ta’ dan il-pjan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri interessati fi tliet xhur mill-pubblikazzjoni tiegħu.

____________

1 Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU 2014, L 257, p. 135).