Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - Sport Eybl & Sports Experts vs UASI - Seven (SEVEN SUMMITS)

(Kawża T-179/11) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SEVEN SUMMITS - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Seven - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Fürst, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: D. Sindico, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Jannar 2011 (Każ R 364/2010-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Seven SpA u Sport Eybl & Sports Experts GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sport Eybl & Sports Experts hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta' Seven SpA.

____________

1 - ĠU C 152, 21.05.2011