Language of document : ECLI:EU:T:2012:254





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 — Sport Eybl & Sports Experts vs UASI — Seven (SEVEN SUMMITS)

(Kawża T-179/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SEVEN SUMMITS — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Seven — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi SEVEN SUMMITS u Seven (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 55-57, 62, 63, 71)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Jannar 2011 (Każ R 364/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven SpA u Sport Eybl & Sports Experts GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sport Eybl & Sports Experts hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Seven SpA.