Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Marzu 2011 - Voss of Norway vs UASI - Nordic Spirit ("Flixkun" Tridimensjonali)

(Kawża T-178/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Voss of Norway ASA (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u B. La Tella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nordic Spirit AB (pubI) (Stokkolma, l-Isvezja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Jannar 2011 fil-Każ R 785/2010-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta "flixkun", għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 - Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3156163

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: il-parti li qeda titlob dikjarazzoni ta' invalidità bbażat l-applikażżjoni tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u li l-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja aġixxa in mala fede meta ppreżenta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 75, 99 u 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, kif ukoll ksur tar-Regola 37(b)(iv) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell żbalja (i) fil-motivazzjoni tiegħu billi bbażaha fuq rekwiżit ġdid għall-istabbiliment ta' validità ta' trade marks tridimensjonali, li fuqha r-rikorrenti ma kellhiex l-opportunità tippreżenta l-kummenti tagħha; (ii) billi ċċaqlaq l-oneru tal-prova bi ksur tal-prinċipji tas-smigħ xieraq; (iii) billi interpreta ħażin u applika b'mod żbaljat l-Artikolu 7(1)(b) tar-RTMK; u (iv) billi għawweġ il-fatti b'mod serju sabiex jasal għal konklużjoni żbaljata.

____________