Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Marzu 2011 - MIP Metro vs UASI - Jacinto(My Little Bear)

(Kawża T-183/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manuell Jacinto, Lda (S. Paio de Oleiros, il-Portugall)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata d-deċiżjoni finali tal-Uffiċċju Portugiż għat-Trade marks dwar talba għal revoka mressqa mir-rikorrenti kontra t-trade mark Portugiża preċedenti bir-reġistrazzjoni Nru 384674 fit-23 ta' Marzu 2011;

f'każ li t-talba għas-sospensjoni tal-proċeduri ma tintlaqax, tkompli bil-proċeduri u;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta' Jannar 2011, fil-Każ R 494/2010-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "My Little Bear", bil-kuluri kannella, iswed, aħmar u abjad, għal prodotti fil-klassijiet 12, 18, 20, 24, 25 u 28 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W00962622

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark figurattiva Portugiża Nru 384674, "My Little Bear", għal prodotti fil-klassi 18.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell assuma b'mod żbaljat li jkun hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u t-trade mark opposta, minħabba l-fatt li l-elementi verbali jkunu elementi dominanti fit-trade marks kumplessi.

____________