Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Marzu 2011 - Sport Eybl & Sports Experts vs UASI - Seven (SEVEN SUMMITS)

(Kawża T-179/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Fürst, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Seven SpA (Leinì, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Jannar 2001 fil-Każ R 364/2010-4;

tiffissa l-ammont totali tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "SEVEN SUMMITS", imlewma bil-blu u bl-aħmar, għal, fost affarijiet oħra, oġġetti fil-klassi 18 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6307243

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3489234 fir-rigward tat-trade mark figurattiva "Seven", għal oġġetti fil-klassijiet 16 u 18; Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4783866 fir-rigward tat-trade mark figurattiva "7Seven", għal oġġetti fil-klassijiet 16 u 18

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, għaliex il-Bord tal-Appell stabbilixxa b'mod żbaljat l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni.

____________