Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Eni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-558/08) 1

(“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet — Prova tal-ksur — Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Ugwaljanza fit-trattament — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ċirkustanzi attenwanti — Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa — Ksur imwettaq b’negliġenza — Drittijiet tad-difiża — Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, D. Durante, G. Rizza, S. Valentino u L. Bellia, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ KOMP/39.181 – Xemgħat tax-xemgħa), kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew ta’ tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.DispożittivL-ammont tal-multa imposta fuq Eni SpA fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xemgħat tax-xema’), hija ffissata għal EUR 18 200 000.Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti minn Eni. Eni għandha tbati nofs l-spejjeż tagħha u nofs dawk sostnuti mill-Kummissjoni.