Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gliwicach (il-Polonja) fis-26 ta’ Jannar 2024 – BA et

(Kawża C-57/24, Ławida 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Gliwicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BA, permezz tar-rappreżentant legali tagħha, BR

Partijiet oħra fil-proċedura: EQ u CJ, permezz tar-rappreżentanti legali tagħhom XK, LF, AA, permezz tar-rappreżentanti legali tagħhom, TB

Domanda preliminari

L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni  1 għandu jiġi interpretat li ma japplikax għal sitwazzjoni li fiha, sabiex dikjarazzjoni ta’ rinunzja tas-suċċessjoni tipproduċi effetti, ikun neċessarju, li minbarra li sempliċiment tiġi riċevuta – konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tad-dikjarant – din id-dikjarazzjoni għandha tiġi approvata minn qorti, pereżempju meta tali dikjarazzjoni tkun saret wara l-iskadenza tat-terminu previst għal dan il-għan?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3 u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140