Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 – Rusal Armenal vs Il-Kunsill

(Kawża T-512/09 RENV) 1

[“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Status ta’ impriża li tevolvi fl-ekonomija tas-suq – Artikolu 2(7)(b) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 – Evalwazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet suġġetti għal investigazzjonijiet antidumping – Artikolu 3(4)(a) u (b) tar-Regolament Nru 384/96 – Offerta ta’ impenn – Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 384/96”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rusal Armenal ZAO (Jerevan, l-Armenja) (rappreżentanti: B. Evtimov, E. Borovikov, avukati u D. O’Keeffe, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Boelaert u J.-P. Hix, aġenti, sussegwentement J.-P. Hix, assistit minn B. O’Connor, solicitor u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin u A. Auersperger Matić, aġenti) u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2009, L 262, p. 1).

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud.

    Rusal Armenal ZAO għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

    Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 80, 27.3.2010.