Language of document :

Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-5 ta' Frar 2010 - De Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/09 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: De Post NV van publiek recht (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Martens u B. Schutyser, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, fl-ewwel lok, sabiex tiġi ordnata s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li biha l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UP) ta l-kuntratt imsemmi fis-sejħa għal offerti Nru 10234 "It-trasport u d-distribuzzjoni ta' kuljum tal-Ġurnal Offiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi oħra u pubblikazzjonijiet" lil Entreprises des Postes et Télécommunications Luxembourg, fit-tieni lok, sabiex jiġi ordnat li l-kuntatt imsemmi f'din is-sejħa għal offerti ma jiġix iffirmat, u fit-tielet lok, sa fejn l-imsemmi kuntratt diġà ġie konkluż, tiġi sospiża l-eżekuzzjoni tiegħu sa meta l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provvizorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________